Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200899

PR200899

12/05/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza ħatar lill-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi sabiex imexxi inkjesta indipendenti a tenur tal-Kapitolu 273 tal-Liġijiet ta' Malta.

 

Dan wara li fl-aħħar ġranet kien irrappurtat li avukat li kien impjegat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika ta' Malta rriżejna mill-impjieg tiegħu. L-għada tar-riżenja tiegħu beda jippatroċinja lill-persuna akkużata bl-allegat involviment fl-omiċidju tal-ġurnalista s-Sa. Caruana Galizia, liema persuna bħalissa għaddejja kumpilazzjoni fil-konfront tiegħu in konnessjoni ma' dan il-każ, kif ukoll hemm proċeduri oħrajn istitwiti konnessi miegħu.

 

Il-ministru qed jagħti lill-persuna maħtura bħala Bord ta' Inkjesta ai fini u effetti tal-liġi perjodu sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta, 16 ta' Ġunju 2020, sabiex jikkonkludi l-inkjesta u jirrelata direttament lilu.

​