Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200902

PR200902

13/05/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li raġel ta' 53 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f'pajjiżna.

 

Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellu numru ta' kundizzjonijiet mediċi kroniċi oħra. Huwa ġie ttestjat għal-Covid-19 fid-9 ta' Mejju.

 

Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.​