Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200945

Pr200945

19/05/2020

​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Kapijiet Eżekuttivi ġodda għall-Isptar Monte Karmeli u l-Isptar Sir Paul Boffa​


Dr Stephanie Xuereb ġiet appuntata bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Isptar Monte Karmeli.

 

Dr Xuereb hija tabiba li tispeċjalizza fis-Saħħa Pubblika. Hija għandha MBA. Fl-aħħar snin ħadmet f'diversi oqsma tas-Saħħa Pubblika li jinkludu Health Care Standards, Policy Development and Implementation, Infectious Disease Control u Hospital Management. Fl-2014 hija kienet ukoll President tat-tim tar-Riforma tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali.

 

Il-Kap Eżekuttiv uxxenti tal-Isptar Monte Karmeli, is-Sur Stephen Sultana, se jkun qed jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Isptar Sir Paul Boffa.

 

Is-Sur Sultana kien ilu jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli għall-aħħar tliet snin.

 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lis-Sur Sultana għat-tmexxija tiegħu tal-Isptar Monte Karmeli, filwaqt li awgura lilu u lil Dr Xuereb għall-karigi l-ġodda tagħhom. ​​