Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200972

PR200972

22/05/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Pass ’il quddiem għal normalità fil-pubblikazzjoni fil-qasam nutarili

Fl-4 ta’ Mejju 2020, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ordnat il-ftuħ mill-ġdid tar-Reġistri tal-Qrati, u issa qed naraw il-ħidma tal-professjonisti legali terġa’ tirranka fil-kuntest tan-normalità ġdida li qed ngħixu.​

Il-Ministeru issa jħabbar li se jitneħħew ċertu miżuri li jirrigwardaw in-nutara pubbliċi.
 
B’seħħ mill-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020, is-sospensjoni li bħalissa tapplika għall-konvenji se titwaqqaf. Dan sabiex kemm in-nutara pubbliċi u kif ukoll il-pubbliku jkunu ssalvagwardjati, se tiskatta sospensjoni ta’ għoxrin ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż legali. Wara li mbagħad jgħaddi dan il-perjodu ta’ sospensjoni, ikompli għaddej ir-rimanenti perjodu li kien fadal fuq il-konvenju kkonċernat.
 
Il-Ministru Edward Zammit Lewis itenni li dan hu pass ieħor meħud mill-Gvern lejn in-normalità tant importanti wkoll għall-ekonomija, il-kummerċ kif ukoll il-ħolqien tax-xogħol. Fl-aħħar nett, il-Ministru Zammit Lewis jappella għall-prudenza mill-partijiet kollha kkonċernati.