Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr200999

PR200999

27/05/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

​​​Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 97 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’pajjiżna.​ 

L-anzjan kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech. Huwa kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta’ Mejju. 
 
Ir-raġel miet fl-Isptar Karin Grech, matul il-lejl.
 
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa biex nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.