Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201018

PR201018

29/05/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li raġel ta' 56 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f'pajjiżna.

 

Ir-raġel li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta' Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta' Mejju.  Huwa kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi.

 

Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

​​