Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201026

Pr201026

29/05/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

​​​​​​

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat, li raġel ta' 68 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f'pajjiżna.

Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta' Mejju. Huwa kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi.

Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei, ftit tal-ħin ilu.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa. Hekk biss nistgħu nipproteġġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.​