Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202247

PR202247

11/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA

​​

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 87 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid
-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan long term facility.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 77 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid
-19 fl-10 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u jappella biex
kulħadd ikun prudenti u jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni biex b’hekk nipproteġġu lil dawk l-aktar vulnerabbli