Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202248

PR202248

12/11/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA Vot favur l-estensjoni tal-età tal-irtirar tal-imħallfin u tal-maġistrati, minn 65 għal 68 sena

​​

Il-Kamra tal-Rappreżentanti għaddiet b’vot unananimu emenda kostituzzjonali mressqa mill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis sabiex l-età tal-irtirar tal-imħallfin u tal-maġistrati tiġi estiża minn 65 għal 68 sena. 

Ir-raġuni wara din l-emenda fil-Kostituzzjoni ġejja mill-fatt li fiż-żmien li ġej, numru konsiderevoli ta’ mħallfin se jkunu qed jirtiraw bl-età ta’ 65 sena. B’dan il-mod ħa nkunu qed niżguraw li ma jkunx hemm telf ta’ esperjenza u ta’ speċjalizzazzjoni, b’mod partikolari fil-Qorti Kostituzzjonali, kif ukoll fil-Qorti tal-Appell (sede Superjuri), fejn hemm ammont kbir ta’ kawżi pendenti.

Wieħed ifakkar li qabel il-presentata ta’ dan l-abbozz, saru riformi estensivi fejn l-Amministrazzjoni Robert Abela rrinnunzjat għall-poter tagħha fejn jidħlu ħatriet u tneħħija tal-membri tal-ġudikatura.

Din l-emenda hija turija ċara tal-impenn ta’ dan il-gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, li permezz ta’ din il-miżura u miżuri konkreti oħrajn, qed insaħħu s-settur ġudizzjarju ta’ pajjiżna waqt li naraw li l-ġustizzja f’pajjiżna tkun iktar effiċjenti u aċċessibbli għal kull ċittadin Malti u Għawdxi.