Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202258

PR202258

12/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

 

Fl-ewwel każ, anzjan ta' 82 sena miet fir-residenza privata tiegħu fit-8 ta' Novembru. L-iswab test, li sar wara li l-persuna nstabet mejta, ikkonferma li kien pożittiv għall-Covid-19.

 

Fit-tieni każ, anzjan ta' 78 sena li miet fl-Isptar Mater Dei fl-10 ta' Novembru, irriżulta li kien pożittiv għall-Covid-19 wara li kien miet.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u jappella biex kulħadd isegwi l-miżuri ta' prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra, id-distanza fiżika u l-ħasil tal-idejn.

 

​