Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202265

PR202265

14/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li tliet persuni mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta' 84 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta' Ottubru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility aktar kmieni llum.

Fit-tieni każ anzjan ta' 82 sena li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta' Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, raġel ta' 46 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta' Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, jagħti l-kondoljanzi lill-familjari u jappella biex kulħadd jsegwi l-miżuri ta' prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra, id-distanza fiżika u l-ħasil tal-idejn, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.​