Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202275

PR202275

15/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta' 79 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta' Novembru, mietet aktar kmieni llum f'Casa Pinto Ħal Qormi.

Fit-tieni każ anzjana ta' 88 sena, li rriżultat pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta' Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, jagħti l-kondoljanzi lill-familjari u jappella biex kulħadd jsegwi l-miżuri ta' prevenzjoni, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

 

​