Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202283

PR202283

16/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

 

Fl-ewwel każ anzjan ta' 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta' Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Facility.

 

Fit-tieni każ anzjan ta' 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta' Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

 

Fit-tielet każ anzjan ta' 79 sena, li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta' Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta' prevenzjoni fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri, hekk biss nistgħu nagħmlu d-differenza.​