Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202309

PR202309

18/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

L-anzjan, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-13 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri, hekk biss nistgħu nagħmlu d-differenza.