Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202322

PR202322

19/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

 

Fl-ewwel każ anzjan ta' 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta' Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility.

 

Fit-tieni każ anzjan ta' 73 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta' Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta' prevenzjoni biex b'hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.​