Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202344

PR202344

21/11/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

​​

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li tlett anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.


Fl-ewwel każ, anzjan ta' 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-9 ta' Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.


Fit-tieni każ, anzjana ta' 82 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta' Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.


Fit-tielet każ, anzjan ta' 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fis-6 ta' Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.


Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta' prevenzjoni, biex b'hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. ​