Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201901

PR201901

03/10/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

​​

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif ġie infurmat li anzjan ta' 70 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

 

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fid-29 ta' Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei dakinhar stess, fejn miet aktar kmieni llum.

 

Huwa kellu kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

​