Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201912

PR201912

06/10/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjana ta’ 90 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-30 ta’ Awwissu u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Settembru. L-anzjana baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija.  

Hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.