Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201915

PR201915

07/10/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjana ta' 96 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Ottubru mir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha. Ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dak in-nhar stess. Hija baqgħet tingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum. 

​Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.