Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201959

PR201959

11/10/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Is-servizz tat-tilqim kontra l-influwenza interrott f’numru ta’ lokalitajiet

Primary HealthCare jixtiequ javżaw lill-pubbliku li minħabba azzjonijiet industrijali mill-MUMN, is-servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza jista’ jkun interrott f’numru ta’ lokalitajiet.

Ġaladarba jitwaqqfu l-azzjonijiet tal-MUMN, tissokta l-iskeda kif reklamata fil-jiem li għaddew. 

Primary HealthCare tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent filwaqt li tappella biex min imur għat-tilqima jsegwi d-direzzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.