Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202085

PR202085

26/10/2020

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

Bħala Gvern nikkundanaw mingħajr riservi l-qtil brutali tal-għalliem Franċiż Samuel Paty. Huwa meħtieġ li naħdmu llkol flimkien sabiex niġġieldu t-terroriżmu u l-fanatiċiżmu. Ma nistgħux nħallu l-affarijiet isiru agħar, f’dinja diġà maqsuma billi nidħlu fi gwerra ta’ diskors użat. Nittamaw li jibda jerġa’ jkun hemm id-djalogu malajr kemm jista’ jkun.