Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr202092

PR202092

27/10/2020

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI

​Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża lir-residenti ta' Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien u Santa Luċija biex għalissa jżommu t-twieqi tar-residenzi tagħhom magħluqin sakemm jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu lill-istabbiliment tal-Wasteserv fil-Marsa. Id-dħaħen huma meqjusa tossiċi. Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b'ħidma biex jitfu n-nirien kif ukoll qed jevakwaw residenti minn djar qrib l-inħawi.

Il-pubbliku huwa mitlub biex jikkopera f'din il-ħidma.