Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201676

PR201676

08/09/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: 115-il tabib ġdid fis-servizz tas-saħħa

Mija u ħmistax-il tabib li ggradwaw mill-Università ta' Malta din is-sena bdew joffru s-servizzi tagħhom fis-sistema tas-saħħa pubblika.

 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ltaqa' m'uħud minn dawn it-tobba ġodda fl-Isptar Mater Dei fejn awguralhom għas-suċċess tagħhom wara snin ta' studju u sagrifiċċji. Huwa aċċenna dwar l-importanza li t-tobba jkomplu bl-istudji u jispeċjalizzaw sabiex ikomplu joffru l-aqwa servizz lill-pażjenti.

 

“Is-sistema tas-saħħa tagħna hija fost l-aqwa fl-Ewropa grazzi għall-entuzjazmu tal-professjonisti tagħna, u għandna nkunu kburin bihom", tenna d-Deputat Prim Ministru.

 

Mill-2018 'l hawn ingħaqdu 'l fuq minn 350 tabib ġdid fis-servizz tas-saħħa pubblika.​