Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201711

PR201711

12/09/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA U L-GOVERNANZA: Il-Ministru Zammit Lewis jippreżenta l-warrants lil sittax-il avukat ġdid

​​

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil sittax-il avukat ġdid, dan wara li dawn għaddew b'suċċess l-eżami għall-ksib tal-warrants.

 

Fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti s-Sur Johan Galea, il-Ministru Zammit Lewis għadda messaġġ lill-avukati l-ġodda fejn awguralhom kull suċċess u saħaq magħhom li bħala professjonisti għandhom iwettqu xogħolhom b'serjetà, imparzjalità, u b'rispett lejn il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż, kif ukoll jużaw il-professjoni sabiex jgħinu lil min jiġi fil-bżonn.

 

​