Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201734

PR201734

15/09/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, L-UGWALJANZA, U L-GOVERNANZA Maħtura l-Kummissjoni ta’ Ħatra u ppubblikata s-sejħa għall-post ta’ Avukat tal-Istat ġdid

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ħabbar li waqqaf Kummissjoni għall-Ħatra ta' Avukat tal-Istat ġdid, skont l-Art. 3 tal-Kapitlu 603 tal-Liġijiet ta' Malta.

 

Dan il-proċess, li se jkun wieħed mill-aktar trasparenti, se jitmexxa mill-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi, bl-Imħallfin Emeriti Lawrence Quintano u Antonio Mizzi bħala membri.

 

Permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, il-Kummissjoni ta' Ħatra għadha kemm ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern sejħa għall-post vakanti ta' Avukat tal-Istat.

 

Dan il-proċess se jkun qed iseħħ għat-tieni darba wara s-separazzjoni li seħħet fl-2019 fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali billi nħoloq Uffiċċju ġdid tal-Avukat tal-Istat.

 

​​