Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210800

PR210800

28/04/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

 

L-Awtoritajiet tas-Saħħa kienu infurmati b'każ ta' persuna ta' 58 sena li qed issofri minn trombożi.

Din il-persuna li tinsab f'kundizzjoni stabbli, kienet ilha ħmistax-il jum li ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u għalhekk il-każ kien irrapportat lill-Awtorità tal-Mediċini ta' Malta bil-għan li tinvestiga jekk kienx hemm xi rabta.

​L-Awtoritajiet tas-Saħħa jfakkru li l-Awtorità tal-Mediċini Ewropea qed tibqa' tagħti l-parir li r-riskji tal-vaċċin huma rari u ferm iżgħar mir-riskji marbuta mal-Covid-19. Il-pariri tal-esperti jibqgħu dawk li l-vaċċin huwa l-uniku mod effettiv li bih nistgħu niġġieldu l-imxija tal-Covid-19.