Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210234

PR210234

03/02/2021

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur jifraħ lil Jesmark Scicluna, attur prinċipali fil-film Malti “Luzzu”, tal-unur li rnexxielu jikseb f’wieħed mill-aktar festivals rinomati taċ-ċinema minn madwar id-dinja – Sundance Film Festival. 
 
Għal Jesmark Scicluna, sajjied mis-Siġġiewi, dan il-film kien l-ewwel darba li qatt deher fid-dinja ċinematografika fil-kapaċità tiegħu ta’ attur. 
 
Din hija aħbar pożittiva għall-industrija tal-films lokali. Il-gvern se jkompli jsaħħaħ ir-riżorsi tiegħu biex din l-industrija tkompli tkun waħda reżiljenti u t-talent Malti f’dan is-settur jiġi xprunat b’iżjed opportunitajiet internazzjonali.