Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210272

PR210272

06/02/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa tilqa’ s-suġġerimenti ta’ Malta dwar il-futur tal-COVID-19

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, Stella Kyriakids, laqgħet il-proposta tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar il-bżonn li l-Unjoni Ewropea tistudja mill-qrib il-livell ta' immunità li joħloq il-vaċċin tal-COVID-19, biex b'hekk tkun tista' tittieħed deċiżjoni konġunta dwar il-possibilità tal-bżonn ta' booster dose fil-futur. 

 

Il-Kummissarju Ewropew qalet dan f'korrispondenza lid-Deputat Prim Ministru bi tweġiba għall-ittra mibgħuta mid-Deputat Prim Ministru Fearne li insista li kemm-il darba l-istudji juru li hemm bżonn tat-tielet doża tal-COVID-19, l-istati membri jerġgħu jakkwistaw il-konsenji b'mod konġunt. B'dan il-mod, pajjiżna jerġa' jkun assigurat biżżejjed dożi għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

 

Il-Kummissarju Kyriakids ħadet nota ta' din il-proposta filwaqt li appellat lill-istati membri sabiex jibagħtu l-informazzjoni marbuta mal-vaċċin darbtejn fil-ġimgħa lill-ECDC sabiex l-Unjoni Ewropea tkun f'pożizzjoni li ssaħħaħ il-programm Ewropew ta' tilqim. ​


PR210272a.pdf