Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210317

PR210317

15/02/2021

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR: Aktar minn 6,000 spezzjoni mill-infurzar tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Frar

Minn mindu daħlu restrizzjonijiet ġodda biex tiġi kontrollata l-imxija tal-COVID-19 matul ix-xahar ta’ Frar, saru aktar minn 6,000 spezzjoni mill-infurzar tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’numru ta’ stabbilimenti kummerċjali u akkommodazzjonijiet f’Malta u Għawdex. 
 
F’Malta, bejn il-11 u l-14 ta’ Frar, saru 1,885 spezzjoni li tnejn minnhom inqabdu miftuħin wara l-perjodu stabbilit mil-liġi, filwaqt li stabbiliment ieħor qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija. 
 
Fl-istess jiem imsemmija, fil-gżira Għawdxija ġew spezzjonati 802 akkommodazzjoni minn 1,255 li huma liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – jiġifieri ġew spezzjonati 65% tal-postijiet ta’ akkomodazzjoni liċenzjati f’Għawdex. Matul il-perkors ta’ dawn l-ispezzjonijiet ħadd ma nqabad jikser il-liġi.
 
Fl-istess waqt saru 475 spezzjoni f’ristoranti u stabbilimenti fejn ukoll ħadd ma nstab jikser il-liġi.