Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210374

PR210374

22/02/2021

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ


Malta tesprimi solidarjetà mal-Italja wara l-qtil tal-ambaxxatur Taljan għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Malta tesprimi solidarjetà mal-Italja u tikkundanna bl-akbar qawwa l-qtil brutali ta’ Luca Attanasio, Ambaxxatur tar-Repubblika Taljana għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u l-qtil ta’ żewġ persuni oħra, fosthom uffiċjal militari tal-Carabinieri, li seħħew fit-22 ta’ Frar 2021 barra minn Goma, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. 

Malta toffri s-simpatija u l-appoġġ sħiħ tagħha lill-poplu Taljan u lill-familji tal-vittmi li tilfu ħajjithom fis-servizz għaż-żamma tal-paċi u l-ħidma umanitarja, filwaqt li tappella għal ħidma kontra l-vjolenza fir-reġjun.