Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjana mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
L-anzjana ta' 73 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-14 ta' Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta' prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.