Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210004

Pr210004

04/01/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

 

Fl-ewwel każ, anzjana ta' 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta' Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

 

Fit-tieni każ, anzjana ta' 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta' Jannar, mietet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta' prevenzjoni, fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.​