Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210015

PR210015

06/01/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta’ 72 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.


L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-31 ta’ Diċembru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.  

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.