Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210040

PR210040

09/01/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

 

Fl-ewwel każ anzjan ta' 85 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-7 ta' Jannar, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

 

Fit-tieni każ anzjana ta' 77 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva fit-3 ta' Jannar, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta' prevenzjoni, huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħorġux u jċempel 111. ​