Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210044

PR210044

10/01/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta' 91 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Huwa kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta' Diċembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

 
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta' prevenzjoni. Huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħroġx u jċempel 111.​