gov.mt

pr211245

01/07/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Malta tibda taċċetta l-verżjoni diġitali taċ-ċertifikat tal-vaċċin Ingliż tal-NHS


Mil-lum, 1 ta’ Lulju 2021, Malta se tibda taċċetta l-verżjoni diġitali taċ-ċertifikat tal-vaċċin maħruġ mill-NHS tar-Renju Unit, kif ukoll il-verżjoni fiżika. Dan wara li l-awtoritajiet Maltin żviluppaw verifier app li permezz tiegħu l-linji tal-ajru u l-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika se jkunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità taċ-ċertifikat diġitali Ingliż ippreżentat qabel turist jidħol f’pajjiżna. 

Persuni li ġejjin mir-Renju Unit jistgħu jidħlu f’pajjiżna biss jekk huma fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.