gov.mt

pr211357

PR211357

17/07/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

L-Awtoritajiet tas-Saħħa u t-Turiżmu għaddejjin b'arranġamenti tekniċi biex jiġu verifikati l-karti ta' vaċċinazzjoni tas-CDC tal-Istati Uniti.

 

Minn nhar it-Tnejn 19 ta' Lulju 2021, Malta se tkun qed tirrikonoxxi r-record card tas-CDC tal-Istati Uniti ta' vaċċini approvati mill-Awtorità għall-Mediċini Ewropea (EMA) (kors sħiħ u 14-il ġurnata mill-aħħar doża) bħala ċertifikat validu għall-vaċċin.

 

Mill-1 ta' Awwissu 2021, ir-record card tas-CDC tal-Istati Uniti trid tkun verifikata minn app speċifika biex tkun aċċettata bħala ċertifikat tal-vaċċin validu.

 

Dettalji fuq din l-app ta' verifika jingħataw aktar 'il quddiem.​