gov.mt

pr211439

PR211439

30/07/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: PIN code biex ikun jista’ jitniżżel iċ-ċertifikat tat-tfal


PIN code mibgħut mill-awtoritajiet tas-saħħa issa jista’ jintuża minflok in-numru ta’ wara tad-dokument tal-karta tal-identità biex ikun jista’ jitniżżel iċ-ċertifikat tal-vaċċin għal dawk kollha li għandhom bejn 12 u 15-il sena.

Il-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsiebhom se jirċievu SMS li jgħidilhom li biex jiġġeneraw il-code, iridu jidħlu fuq https://healthtoken.gov.mt.

Individwi jistgħu wkoll jaċċessaw il-login billi jidħlu fuq http://certifikatvaccin.gov.mt u jdaħħlu l-informazzjoni ta’ hawn taħt:

1.         In-numru tal-karta tal-identità tat-tfal u/jew in-numru tal-isptar
2.         Id-data tat-twelid
3.         Numru tal-mobile
4.         Email address

Xħin tintbagħat il-formola, b’mod awtomatiku se jintbagħat code fuq in-numru tal-mobile provdut. Dan il-code se jkun jista’ jintuża minflok in-numru tad-dokument.

Din il-proċedura tista’ tintuża wkoll minn barranin li jgħixu f’Malta u li għandhom numru tal-isptar.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel 145.