Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210508

PR210508

11/03/2021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Kjarifika dwar rapporti fuq konsenja partikolari tal-Astrazeneca

L-Awtoritajiet tas-Saħħa innotaw rapporti mill-Awstrija dwar is-sospensjoni tal-użu ta' konsenja partikolari tal-Astrazeneca, u talbet id-direzzjoni tal-Awtorità Maltija tal-Mediċini dwar l-użu ta' dan il-vaċċin.

 

L-Awtorità tal-Mediċini irrakkomandat li l-programm ta' vaċċinazzjoni tal-Astrazeneca tissokta kif pjanat. Dan fid-dawl li l-Awtorità Ewropea għall-Mediċini saħqet li m'hemm ebda indikazzjoni li l-vaċċin kien il-kawża tal-kumplikazzjonijiet tas-saħħa rrappurtati fl-Awstrija, anke għaliex il-kumplikazzjonijiet tas-saħħa rrappurtati mhumiex imniżżla bħala side effects tal-vaċċin.

 

Bħala fatt ukoll il-konsenja partikolari li saret referenza għaliha intużat f'pajjiżna numru ta' ġimgħat ilu. Filwaqt li m'għadx fadal vaċċini ta' dan il-batch x'jintużaw f'pajjiżna, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ma rċivew l-ebda rapport ta' reazzjonijiet minn dawn il-persuni li tlaqqmu mill-batch in kwistjoni.

 

Filwaqt li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib, jisħqu li ma hemmx lok ta' allarm għall-pazjenti li rċivew il-vaċċin minn din il-konsenja.  ​