Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210523

PR210523

15/03/2021

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Ċentru tat-tilqim ġdid fl-MCAST

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana żaru ċentru ġdid tat-tilqim fl-MCAST f'Raħal Ġdid. B'hekk fil-preżent għandna madwar 40 ċentru mxerrda ma' Malta u Għawdex minn fejn in-nies jistgħu jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19.

 

“L-għan tagħna huwa li kemm jista' jkun malajr ikollna kemm jista' jkun nies li jkunu ħadu l-vaċċin kontra l-Covid-19, biex b'hekk nilħqu l-herd immunity tal-popolazzjoni sal-aħħar tas-Sajf. Dan jista' jsir b'kollaborazzjoni sħiħa bejn l-entitajiet kollha tagħna. Fil-fatt, minbarra ċ-ċenru ta' tilqim fl-MCAST u ieħor fl-Università ta' Malta, għandna wkoll ċentru fil-Water Services u ċentru fil-Barracks tal-Forzi Armati ta' Malta f'Ħal Luqa", qal id-Deputat Prim Ministru.

 

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li l-ministeru qed jaħdem b'sinerġija sħiħa mal-Ministeru għas-Saħħa fil-kampanja ta' tilqim nazzjonali. Hija qalet li, “Għalhekk qed noffru wkoll postijiet li għandna bħala ministeru u Dipartiment tal-Edukazzjoni biex dawk li qed jissejħu ħalli jieħdu l-vaċċin ikunu jistgħu jattendu f'dawn iċ-ċentri li qegħdin jinħolqu apposta, bħal ma għamilna bil-koperazzjoni sħiħa tad-diriġenti tal-MCAST u ftaħna sala mgħammra b'kollox f'Raħal Ġdid". 

 

Il-Ministru Justyne Caruana qalet li dan qed isir għaliex nemmnu li l-programm ta' tilqim nazzjonali huwa fundamentali u importanti ħafna fil-ġlieda tagħna kontra l-pandemija u għalhekk id-disponsabbiltà tagħna biex inkunu stakeholders importanti f'dan il-programm biex inkunu wkoll qed nagħtu s-sostenn lill-Ministeru għas-Saħħa.

 

Intant, ir-roll out tat-tilqim f'pajjiżna baqa' miexi b'ritmu tajjeb fejn sal-lum ingħataw it-tilqima 'l fuq minn 122,000 ruħ.​​