Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr210824

PR210824

04/05/2021

​STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI


Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':

 

Triq ir-Ridott, Marsaskala; 

Triq Dun Pawl Laferla, is-Siġġiewi;

Triq Sant'Elena, Tas-Sliema;

Triq Patri Feliċjan Grech u Triq Victor Cauchi, St Peter's Ħaż-Żabbar; u

Triq l-Isqof Alpheran, iż-Żurrieq

 

li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' April, 2021, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-30 ta' April, 2021.​