gov.mt

pr211688

PR211688

16/09/2021

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Jitlesta l-proċess ta’ tilqim tad-doża tal-booster fid-djar tal-anzjani




Illum tlesta l-proċess ta’ tilqim tal-booster tal-vaċċin kontra l-COVID-19 tal-anzjani, kemm dawk li huma residenti f’San Vinċenz de Paul kif ukoll dawk fid-djar kollha tal-anzjani, kemm tal-Gvern, tal-Knisja u privat.

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li wara li fis-6 ta’ Settembru 2021 bdiet tingħata d-doża tal-booster tal-vaċċin kontra l-COVID-19, il-proċess ta’ tilqim tar-residenti f’San Vinċenz de Paul tlesta l-ġimgħa li għaddiet, filwaqt li llum tlesta l-proċess fid-djar kollha tal-anzjani. 

Dawk l-anzjani li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jieħdu d-doża tal-booster se tingħatalhom fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.

Sadanittant qed jitlesta l-proċess biex fil-ġimgħat li ġejjin dawn ir-residenti jingħataw it-tilqima kontra l-influwenza.