gov.mt

pr220827

PR220827

20/06/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Ftehim settorali ġdid għall-flebotomisti u d-decontamination & sterilisation technicians


Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN) illum iffirmaw ftehim settorali ġdid għall-ħames snin li ġejjin li jinvolvi żewġ kategoriji ta' ħaddiema; il-flebotomisti u d-decontamination & sterilisation technicians.

 

Permezz ta' dan il-ftehim ġie assigurat, fost oħrajn, taħriġ għal dawn il-ħaddiema li se jwassal kemm għal servizz aħjar lill-pazjenti u avvanz fil-karriera ta' dawn il-ħaddiema, kif ukoll titjib fl-allowances marbuta ma' dawn iż-żewġ kategoriji ta' ħaddiema.

 

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti Joseph Chetcuti u miċ-Chief Medical Officer Dr Walter Busuttil f'isem il-Ministeru għas-Saħħa u mis-Sur Paul Pace u s-Sur Colin Galea, President u Segretarju Ġenerali f'isem l-MUMN.

 

Preżenti għall-iffirmar kien hemm is-CEO tal-Isptar Mater Dei Celia Falzon, id-Direttur fil-Ministeru għas-Saħħa Rita Micallef, kif ukoll is-shop stewards ta' dawn iż-żewġ kategoriji ta' ħaddiema.

 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne laqa' dan il-ftehim b'sodisfazzjon u feraħ lill-ħaddiema u lil dawk kollha involuti f'dan il-ftehim. “Prosit lill-MUMN illi għarfet li filwaqt li tressaq 'il quddiem l-interessi tal-ħaddiema membri tagħha, żammet il-kura tal-pazjenti bħala prijorità. Hekk għandu jkun dejjem. Il-gvern jibqa' kommess li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati tas-saħħa għax b'hekk ikompli jissaħħaħ is-servizz."​