gov.mt

pr220842

PR220842

23/06/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ftehim Settorali ġdid bejn il-Ministeru għas-Saħħa, il-UĦM u l-GWU, dwar il-ħaddiema fl-isptarijiet li jaqgħu fil-klassi teknika

​​

Il-Ministeru għas-Saħħa flimkien mal-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers u l-General Workers' Union iffirmaw ftehim settorali ġdid għall-ħames snin li ġejjin, għall-ħaddiema tekniċi tal-Biomedical Engineering Department u l-Engineering Department  fl-isptarijiet pubbliċi, li jinkludu lit-Technicians, Senior Technicians, Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers.

 

Permezz ta' dan il-ftehim ġie assigurat, fost oħrajn, assimilazzjoni tal-gradi, avvanz fil-karriera, titjib fl-allowances u, fuq kollox, servizz aħjar fl-isptarijiet.

 

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għas-Saħħa Joseph Chetchuti, Josef Bugeja u Kendrick Bondin f'isem il-GWU, u Josef Vella, Gian Paul Gauci u Analise Casha f'isem il-UĦM.

 

Preżenti għall-iffirmar kien hemm Thomas Woods, mill-Industrial Relations Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, CEO tal-Isptar Mater Dei Celia Falzon, id-Direttur fil-Ministeru għas-Saħħa Noel Psaila, kif ukoll is-shop stewards tal-ħaddiema miż-żewġ unions firmatarji.

 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne laqa' dan il-ftehim b'sodisfazzjon u rringrazzja lill-ħaddiema u lil dawk kollha involuti f'dan il-ftehim.​