gov.mt

pr220869

PR220869

27/06/2022

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAL SAĦĦA AMBJENTALI


Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm – Bajja ta' Qu-Si-Sana (taħt it-taraġ), Tas-Sliema (Kodiċi tas-Sit B14) – hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f'din iż-żona qed jiġi rtirat.

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mis-7:00 ta' filgħodu sat-3:00 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt, wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

 

Il-pubbliku jista' wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook: http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx għal informazzjoni simili.​