gov.mt

pr220870

PR220870

27/06/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapport tal-Verifika Segwitu, 2022 maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

Għas-sitt sena konsekuttiva, l-Awditur Ġenerali Charles Deguara ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia bl-ewwel volum b'ġabra ta' għaxar rapporti ta' segwitu għas-sena 2022.

 

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għal darb'oħra identifika numru ta' verifiki li saru fl-aħħar snin bl-iskop li jevalwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li kienu saru. Naturalment, kif inhu mistenni, kull istituzzjoni nazzjonali tal-verfiika għandu jkollha mekkaniżmu li jassigura t-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet f'ħinhom, li jwassal għal titjib fil-governanza.

 

Sabiex ikun iddeterminat jekk sarx progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, saret analiżi ta' dawn il-verifiki ta' natura finanzjarja u ta' konformità:

 

  • L-Isptar Mater Dei (Dħul minn Pazjenti Barranin)
  • L-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek
  • Kunsill Malti għall-Arti
  • Libreriji Maltin
  • Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali – Aġenzija għas-Servizzi Komunitarji u Terapewtiċi
  • Pensjonijiet tal-Irtirar
  • Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat
  • Spiża fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni
  • Kontribuzzjoni Ambjentali
  • Ħlasijiet ta' Kumpens

     

    L-eżerċizzju li sar din is-sena jindika li 72% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali ġew indirizzati jew b'mod sħiħ, parzjalment, jew qegħdin fil-proċess li jiġu mwettqa mill-ministeri u l-entitajiet konċernati, filwaqt li 28% ma ġewx indirizzati jew ftit li xejn kien hemm progress fuqhom.

     

    Aċċess għal dan ir-rapport mis-sit uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: www.nao.gov.mt kif ukoll mill-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.​