gov.mt

pr220973

PR220973

20/07/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ftehim Settorali ġdid għall-Emergency Ambulance Responders

​​​​​​​​​


Il-Ministeru għas-Saħħa flimkien mal-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers iffirmaw ftehim settorali ġdid għall-ħames snin li ġejjin, għall-Emergency Ambulance Responders impjegati mas-settur pubbliku.

Permezz ta' dan il-ftehim ġie assigurat, fost oħrajn, taħriġ speċjalizzat għall-avvanz fil-karriera tal-ħaddiema preżenti u għal rekluti ġodda, titjib fl-allowances, u fuq kollox, servizz aħjar għall-pazjenti.

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għas-Saħħa Joseph Chetcuti u t-Tabib Ewlieni tal-Gvern Walter Busuttil f'isem il-Ministeru għas-Saħħa, u Josef Vella, Mario Sacco, u Charles Vella f'isem il-UĦM.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li ppreseda dan l-iffirmar, laqa' dan il-ftehim b'sodisfazzjon u rrimarka li l-enfasi li saret fuq it-taħriġ se tippermetti li l-awtoritajiet tas-saħħa jinvestu fl-aħħar teknoloġija relatata ma' dan id-dipartiment li ssarraf f'servizz aħjar għall-pazjenti fil-mumenti kruċjali wara li tkun inqalgħet emerġenza medika. Huwa żar u rringrazzja lill-ħaddiema li kienu preżenti għax-xogħol tagħhom filwaqt li radd ħajr lil dawk kollha involuti fin-negozjati ta' dan il-ftehim.