gov.mt

pr221036

PR221036

05/08/2022

​ AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


B'referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR221026, datata 01/08/2022, u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni ġdida li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, kif ukoll mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmijin prodotti m'għandomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilità ta' preżenza ta' Tropane Alkaloids.

 

Tropane Alkaloids huma tossini naturali li jinstabu f'ċertu speċi ta' pjanti. Effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa tal-bniedem jistgħu jinkludu: tibdil fir-rata tat-taħbit tal-qalb, uġiegħ ta' ras, sturdament u dardir. Kontaminazzjoni fl-ikel tista tiġi kkawżata meta partijiet minn dawn il-pjanti (l-iktar iż-żerriegħa) jiġu maħsuda bla ħsieb mal-uċuħ agrikoli.

 

Isem tal-prodott fuq il-pakkett:Bio Organic Tortilla Chips (Naturel)
Ditta:Trafo
Piż:200g
Dati tad-durabbiltà (minn u sa, iż-żewġ dati inklużi):15/08/2022 – 09/01/2023



a.jpg

Isem tal-prodott fuq il-pakkett:



















Bio Organic Tortilla Chips (Naturel)
Ditta:Trafo
Piż:75g
Dati tad-durabbiltà:16/08/2022; 17/08/2022; 10/09/2022; 15/10/2022; 16/10/2022; 07/11/2022; 08/11/2022; 04/12/2022; 02/01/2023
b.jpg


Isem tal-prodott fuq il-pakkett:















Bio Organic Tortilla Chips (Cheese)
Ditta:Trafo
Piż:75g
Dati tad-durabbiltà:20/08/2022; 17/09/2022; 08/12/2022
c.jpg


Isem tal-prodott fuq il-pakkett:














Bio Organic Tortilla Chips (Chili)
Ditta:Trafo
Piż:75g
Dati tad-durabbiltà:17/08/2022; 15/09/2022; 13/11/2022; 09/12/2022; 09/01/2023


   


d.jpg


Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

​​​