gov.mt

pr221079

PR221079

17/08/2022

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV: Ċentri ta’ servizz.gov li se jingħalqu temporanjament għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni

servizz.gov qed jinforma lill-pubbliku li ċ-ċentru tal-Imsida li jinsab fi Triq il-Wied, iċ-ċentru ta' Ħal Lija li jinsab fi Triq il-Kbira u ċ-Ċentru Tekniku tal-Edu servizz.gov li jinsab fi Triq l-Assedju l-Kbir ġewwa l-Furjana se jkunu magħluqin għal xogħlijiet ta' manutenzjoni.

 

Iċ-Ċentru Reġjonali tal-Imsida se jkun magħluq mit-18 ta' Awwissu. Mit-22 ta' Awwissu se jinfetaħ ċentru temporanju ġewwa Ċentru Familja Mqaddsa fi Triq Johnny Catania l-Imsida. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: It-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt mit-08:00 sas-13:00, b'ħinijiet estiżi t-Tnejn mill-16:30 sas-19:00.

 

Iċ-Ċentru Reġjonali ta' Ħal Lija se jkun magħluq mid-19 ta' Awwissu. Fit-23 ta' Awwissu se jinfetaħ ċentru temporanju ġewwa Triq il-Kbira f'Ħal Lija. Dan iċ-ċentru jkun miftuħ it-Tlieta u l-Ġimgħa mit-08:00 sas-13:00, b'ħinijiet estiżi t-Tlieta mill-16:30 sas-19:00.

 

Iċ-Ċentru Tekniku tal-Edu servizz.gov se jkun magħluq mid-19 ta' Awwissu sal-24 ta' Awwissu u jerġa' jiftaħ il-Ħamis 25 ta' Awwissu.

 

B'mod alternattiv, il-pubbliku jista' jikkomunika ma' servizz.gov permezz ta' ċentri reġjonali oħra mxerrda madwar Malta, bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku servizz@gov.mt.​