gov.mt

pr221329

PR221329

07/10/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: Reviżjoni tar-regolamenti tad-dixxiplina tas-servizz pubbliku




Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti. Dan qed isir bl-għan li jiġu identifikati opportunitajiet ta’ delega tas-setgħat, aktar simplifikazzjoni tal-proċessi, allinjament mal-liġijiet attwali, u konsolidazzjoni.

Ħabbar dan is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana waqt laqgħa li kellu mal-membri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Kienet il-Kummissjoni stess li fl-aħħar jiem esprimiet l-opinjoni dwar il-ħtieġa ta’ reviżjoni fuq ir-regolamenti tal-proċedura tad-dixxiplina, li l-aħħar li kienu riveduti kien fl-2017. 

Ir-riżultat tal-eżerċizzju għandu jwassal għal strument leġiżlattiv ġdid, li se jiġi abbozzat flimkien mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.

Biex jintlaħaq dan l-għan, is-segretarju permanenti ewlieni ħatar grupp ta’ ħidma, b’rappreżentanza mill-People & Standards Division u l-Uffiċċju tal-Kummissjoni. 

Il-grupp se jkun immexxi minn Moira Attard, u se jkollu lil Joyce Cassar, Charmaine Busato, Myrna Azzopardi u lil Natasha Magro bħala membri. Huma għandhom sal-aħħar ta’ din is-sena biex jippreżentaw il-proposti tagħhom.